4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – P. J. Vonk Noordegraaf vs Staatssecretaris van Economische Zaken
(Kawża C-105/13) (1)
((Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Skema ta’ pagament uniku - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikoli 34, 36 u 137 - Drittijiet għal pagament - Bażi ta’ kalkolu - Primjums imħallsa għall-bhejjem u għall-biċċiet ta’ art miżmuma mill-bidwi matul il-perijodu ta’ referenza - Modifika tal-modalitajiet ta’ stabbiliment tal-erja tal-biċċiet ta’ art agrikola - Tnaqqis tan-numru ta’ ettari eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna - Applikazzjoni tal-bidwi sabiex jinkiseb tnaqqis tan-numru u żieda fil-valur unitarju tad-drittijiet tiegħu għal pagament - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 73a(2a) - Ammissibbiltà))
2014/C 253/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P. J. Vonk Noordegraaf
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – College van Beroep voor het Bedrijfsleven – Interpretazzjoni tal-Artikoli 34, 36 u 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ għajnuna diretta għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ [għajnuna] għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, u (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16) – Skemi ta’ għajnuna diretta – Skema ta’ pagament uniku – Bidwi li fl-2006 kiseb drittijiet għal pagament, miksuba abbażi tal-produzzjoni li ma hijiex marbuta ma’ raba tiegħu u tal-biċċiet ta’ art li jappartjenu lilu – Metodu ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art emendat ulterjorment – Tnaqqis ta’ ettari ammissibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna
Dispożittiv
L-Artikolu 73a(2a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-modulazzjoni u tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ verifika li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 73/2009, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 380/2009, tat-8 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet għal pagament ta’ bidwi għandhom ikunu s-suġġett ta’ kalkolu ġdid meta, fil-kuntest tal-istabbiliment inizjali tad-drittijiet tiegħu għal pagament, l-ammont ta’ referenza ta’ dan il-bidwi kien ġie diviż b’numru għoli wisq ta’ ettari minħabba l-modalitajiet ta’ stabbiliment tal-erji tal-biċċiet ta’ art agrikola li kienu jiġu applikati dak iż-żmien fl-Istat Membru kkonċernat. L-Artikolu 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ għajnuna diretta għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ [għajnuna] għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, u (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ma huwiex applikabbli għal korrezzjoni skont l-Artikolu 73a(2a) tar-Regolament Nru 796/2004.
(1) ĠU C 147, 25.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy