5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – FIRIN OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-107/13) (1)
((Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Pagamenti akkont - Rifjut li jingħata t-tnaqqis - Frodi - Aġġustament tat-tnaqqis meta ma titwettaqx it-tranżazzjoni taxxabbli - Kundizzjonijiet))
2014/C 135/15
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FIRIN OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Administrativen sad Veliko Tarnovo – Interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a), moqri flimkien mal-Artikoli 65, 90(1) u 185(1), kif ukoll tal-Artikolu 205, moqri flimkien mal-Artikoli 168(a) u 193, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Prinċipji ta’ newtralità tal-VAT, ta’ effikaċità u ta’ proporzjonalità – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħlas ta’ pagamenti akkont għal merkanzija identifikata bi preċiżjoni qabel il-kunsinna – Rifjut li jingħata t-tnaqqis meta jiġi rreġistrat il-ħlas ta’ pagament akkont minħabba li ma saritx il-kunsinna tal-merkanzija – Possibbiltà għall-fornitur li jirregolarizza t-tnaqqis magħmul inizjalment u impatt fuq ir-rifjut li jingħata tali tnaqqis – Rifjut tat-tnaqqis tal-VAT lid-destinatarju ta’ kunsinna minħabba r-responsabbiltà in solidum fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa ta’ persuna taxxabbli li ma tkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Identifikazzjoni tal-persuna responsabbli in solidum fuq il-bażi ta’ preżunzjonijiet ibbażati fuq kunċetti legali tad-dritt ċivili
Dispożittiv
L-Artikoli 65, 90(1), 168(a), 185(1) u 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettaq mid-destinatarju ta’ fattura stabbilita sabiex isir pagament akkont fir-rigward tal-kunsinna ta’ merkanzija għandu jiġi aġġustat meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, din il-kunsinna fl-aħħar mill-aħħar qatt ma titwettaq, u dan anki jekk il-fornitur jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa u ma jkunx irrimborsa l-pagament akkont.
(1) ĠU C 129, 04.05.2013
Full & Egal Universal Law Academy