12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt
(Kawża C-108/13) (1)
((Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Importazzjoni parallela - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont id-Direttiva 91/414/KEE fl-Istat ta’ esportazzjoni))
(2015/C 007/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mac GmbH
Konvenut: Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt
Dispożittiv
L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li ma jibbenefikax, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija abbażi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, meta dan il-prodott jibbenefika minn awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela u jista’ jitqies li huwa identiku għal prodott li jibbenefika minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont din id-direttiva fl-Istat Membru ta’ importazzjoni.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy