10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-115/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Direttiva 92/83/KEE - Iffissar tar-rati tas-sisa - Produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 - Eżenzjoni mis-sisa għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati))
2014/C 175/14
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Barslev u A. Sipos, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 19 sa 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 21) moqrija flimkien mal-Artikolu 22(7) tal-istess direttiva, kif ukoll flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 29) – Iffissar tad-dazji tas-sisa – Produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 – Eżenzjoni mis-sisa għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati
Dispożittiv
1)
Billi adottat u applikat regolament li jipprevedi li, fil-kundizzjonijiet li hija tiddefinixxi, il-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija hija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 u li l-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati hija eżentata mis-sisa, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 19 sa 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, kif emendata bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(7) ta’ din kif ukoll mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.
2)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 04.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy