25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamm – il-Ġermanja) – Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG
(Kawża C-118/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Leave annwali mħallas - Kumpens finanzjarju fil-każ ta’ mewt))
2014/C 282/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Hamm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gülay Bollacke
Konvenuta: K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali mħallas jispiċċa mingħajr ma jingħata d-dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud, meta r-relazzjoni ta’ impjieg tiġi tterminata minħabba l-mewt tal-ħaddiem. Il-benefiċċju ta’ tali kumpens ma jistax jiddependi fuq talba minn qabel mill-persuna kkonċernata.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy