10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH vs Tetyana Bonchyk (C-120/13)
(Kawżi magħquda C-119/13 u C-120/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Assenza ta’ komunikazzjoni jew ta’ notifika valida - Effetti - Ordni għal ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva - Oppożizzjoni - Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali - Termini))
2014/C 395/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Wedding
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: eco cosmetics GmbH & Co. KG (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH (C-120/13)
Konvenuti: Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Tetyana Bonchyk (C-120/13)
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċeduri previsti fl-Artikoli 16 sa 20 ta’ dan ir-regolament ma jkunux applikabbli meta jirriżulta li ordni għal ħlas Ewropea ma tkunx ġiet ikkomunikata jew innotifikata b’mod konformi mal-istandards minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tal-imsemmi regolament.
Meta jkun biss wara d-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva ta’ ordni għal ħlas Ewropea li tali irregolarità tiġi rrivelata, il-konvenut għandu jkollu l-opportunità li jinvoka din l-irregolarità, li għandha, jekk tiġi debitament ipprovata, twassal għall-invalidità ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ forza eżekuttiva.
(1) ĠU C 164, 08.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy