24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Guido Strack vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-127/13 P) (1)
((Appell - Dritt ta’ smigħ - Dritt għal qorti legali - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Rifjut parzjali li l-appellant jingħata aċċess għad-dokumenti inkwistjoni - Deċiżjoni inizjali ta’ rifjut - Ħolqien ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut - Sostituzzjoni ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut b’deċiżjonijiet espliċiti - Interess ġuridiku wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet espliċiti ta’ rifjut - Eċċezzjonijiet mill-aċċess għad-dokumenti - Salvagwardja tal-interess ta’ amministrazzjoni tajba - Protezzjoni tad-data personali u tal-interessi kummerċjali))
2014/C 421/12
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Guido Strack (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Strack vs Il-Kummissjoni (T-392/07, EU:T:2013:8) hija annullata sa fejn, b’din is-sentenza, l-imsemmija Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Lulju 2007.
2)
Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.
3)
L-appell huwa miċħud.
4)
Ir-rikors għal annullament huwa miċħud sa fejn huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta l-aċċess għall-estratt tar-reġistru dwar id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ talbiet konfermatorji ta’ aċċess għad-dokumenti.
5)
Guido Strack għandu jbati l-ispejjeż tiegħu f’din l-istanza u terz mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha marbuta ma’ din il-proċedura.
7)
L-ispejjeż marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza li tat lok għas-sentenza Strack vs Il-Kummissjoni (T-392/07, EU:T:2013:8) għandhom jiġu sostnuti bil-mod indikat fil-punt 7 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.
(1) ĠU C 147, 25.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy