15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-138/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Protokoll Addizzjonali - Artikolu 41(1) - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadini Torok - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ il-prova ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi għall-membru tal-familja li jixtieq jidħol fit-territorju nazzjonali - Ammissibbiltà - Direttiva 2003/86/KE - Riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 7(2) - Kompatibbiltà))
2014/C 315/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Naime Dogan
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, li jikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali u l-Protokoll Finanzjarju ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola ta’ “standstill” stabbilita f’din id-dispożizzjoni tipprekludi miżura tad-dritt nazzjonali, introdotta wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi protokoll addizzjonali fl-Istat Membru kkonċernat, li timponi fuq l-konjuġi ta’ ċittadini Torok residenti fl-imsemmi Stat Membru, li jixtiequ jidħlu fit-territorju ta’ dan l-Istat għar-riunifikazzjoni tal-familja, il-kundizzjoni li jipproduċu prova bil-quddiem tal-kisba ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy