29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-139/13) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - L-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Passaport bijometriku - Integrazzjoni ta’ marki tas-swaba diġitali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ għoti fit-termini)
2014/C 93/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Maidani u G. Wils, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u L. Van den Broeck, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-[karatteristiċi] bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, p. 375) — Passaporti bijometriċi li jintegraw il-marki tas-swaba diġitali — Nuqqas ta’ għoti ta’ dawn il-passaporti fit-termini previsti mir-regolament iċċitat iktar ’il fuq
Dispożittiv
(1)
Peress li ma implementax, fit-terminu preskritt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-ħruġ ta’ passaporti bijometriċi li fihom il-marki tas-swaba diġitali, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu abbażi tal-Artikolu 6 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-[karatteristiċi] bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 01.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy