19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Annett Altmann et vs Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht
(Kawża C-140/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2004/39/KE - Artikolu 54 - Obbligu ta’ sigriet professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni finanzjarja - Informazzjoni dwar impriża ta’ investiment frawdolenti u fi stralċ ġudizzjarju))
(2015/C 016/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Annett Altmann, Torsten Altmann, Hans Abel, Waltraud Apitzsch, Uwe Apitzsch, Simone Arnold, Barbara Assheuer, Ingeborg Aubele, Karl-Heinz Aubele
Konvenut: Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht
fil-preżenta ta’: Frank Schmitt
Dispożittiv
L-Artikolu 54(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tista’ tinvoka, fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi, l-obbligu ta’ żamma tas-sigriet professjonali fil-konfront ta’ persuna, mhux involuta f’każ li jirriżulta mid-dritt kriminali jew minn proċeduri ċivili jew kummerċjali, li talbitha l-aċċess għal informazzjoni dwar impriża ta’ investiment li issa tinsab fi stralċ ġudizzjarju, meta l-mudell kummerċjali ewlieni ta’ din l-impriża jikkonsisti fi frodi fuq skala kbira intiża li xjentement tiffrodi l-investituri u li l-persuni responsabbli minn din l-impriża ġew ikkundannati għal priġunerija.
(1) ĠU C 156, 01.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy