27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – VDP Dental Laboratory NV vs Staatssecretaris van Financiën (C-144/13), Staatssecretaris van Financiën vs X BV (C-154/13), Nobel Biocare Nederland BV (C-160/13)
(Kawżi magħquda C-144/13, C-154/13 u C-160/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Tnaqqis - Eżenzjonijiet - Provvista ta’ proteżijiet dentali))
(2015/C 138/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VDP Dental Laboratory NV (C-144/13), Staatssecretaris van Financiën (C-154/13, C-160/13)
Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën (C-144/13), X BV (C-154/13), Nobel Biocare Nederland BV (C-160/13)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista mid-dritt nazzjonali tkun inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, l-imsemmi Artikolu 168 ma jippermettix lil persuna taxxabbli tibbenefika minn din l-eżenzjoni u tinvoka d-dritt għal tnaqqis.
2)
L-Artikoli 140(a) u (b) kif ukoll 143(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud li jipprovdu tapplika għall-akkwist intra-Komunitarju u għall-importazzjoni finali ta’ proteżijiet dentali pprovduti minn dentisti u minn tekniċi dentali, meta l-Istat Membru tal-kunsinna jew tal-importazzjoni ma jkunx implementa l-leġiżlazzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2207/75.
3)
L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika wkoll fil-każ ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali minn Stat Membru li jkun implementa s-sistema derogatorja u tranżitorja prevista fl-Artikolu 370 ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 178, 22.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy