17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster
(Kawża C-152/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eċċezzjonijiet - Prodotti ta’ enerġija miżmuma fit-tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali u intenzjonati biex jintużaw bħala karburant minn dawn il-vetturi - Kunċett ta’ “tankijiet standard” fis-sens tal-Artikolu 24(2) ta’ din id-direttiva - Tankijiet installati minn garaxxijiet speċjalizzati jew minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur))
2014/C 409/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Münster
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “tankijiet standard”, imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jeskludix it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti fuq il-vetturi kummerċjali intiżi għall-provvista diretta tal-karburant ta’ dawn il-vetturi, meta dawn it-tankijiet ikunu ġew installati minn persuna li ma huwiex il-manifattur, sakemm l-imsemmija tankijiet jippermettu l-użu dirett tal-karburant kemm għall-propulsjoni tal-imsemmija vetturi kif ukoll, jekk ikun il-każ, għall-funzjonament, matul it-trasport, tas-sistemi li jkessħu u ta’ sistemi oħra.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy