10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Damijan Vnuk vs Zavarovalnica Triglav d.d.
(Kawża C-162/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident ikkawżat fil-bitħa ta’ razzett minn trattur li kien qed jirmonka trejler))
2014/C 395/14
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Damijan Vnuk
Konvenuta: Zavarovalnica Triglav d.d
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” li jidher hemmhekk kwalunkwe użu ta’ vettura li huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ dik il-vettura. Għaldaqstant tista’ taqa’ taħt l-imsemmi kunċett il-manuvra ta’ trattur fil-bitħa ta’ razzett sabiex jiddaħħal f’matmura t-trejler ta’ dan it-trattur, bħal fil-kawża prinċipali, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 156, 01.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy