12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Melun – Franza) – Sophie Mukarubega vs Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis
(Kawża C-166/13) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Viżi, ażil, immigrazzjoni, u politiki oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn - Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’sitwazzjoni irregolari li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li għandha mnejn taffettwa l-interessi tiegħu - Rifjut tal-amministrazzjoni li tagħti lil ċittadin ta’ pajjiż terz f’sitwazzjoni irregolari permess ta’ residenza abbażi tal-ażil, akkumpanjat minn obbligu ta’ tluq mit-territorju - Dritt għal smigħ qabel ma tingħata d-deċiżjoni ta’ ritorn”)
(2015/C 007/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Melun
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sophie Mukarubega
Konvenuti: Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis
Dispożittiv
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt għal smigħ fil-proċeduri kollha, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 ta’ din, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li awtorità nazzjonali ma tismax iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz speċifikament fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ ritorn meta, wara li tkun ikkonstatat in-natura irregolari tar-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali fi tmiem proċedura li tkun irrispettat b’mod sħiħ id-dritt għal smigħ tiegħu, hija tikkunsidra li tieħu kontrih tali deċiżjoni, kemm jekk din id-deċiżjoni ta’ ritorn tkun tiġi wara rifjut ta’ permess ta’ residenza, kemm jekk le.
(1) ĠU C 164, 8.6.2013
Full & Egal Universal Law Academy