15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Lyon – Franza) – Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales
(Kawża C-173/13) (1)
((Politika soċjali - Artikolu 141 KE - Ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema nisa u ħaddiema rġiel - Irtirar antiċipat bl-għoti immedjat tal-pensjoni - Akkreditazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni - Vantaġġi li minnhom jibbenefikaw essenzjalment l-uffiċjali nisa - Diskriminazzjonijiet indiretti - Ġustifikazzjoni oġġettiva - Rieda reali li jintlaħaq l-għan allegat - Koerenza fl-implementazzjoni - Artikolu 141(4) KE - Miżuri intiżi li jikkumpensaw għal żvantaġġi fil-karriera professjonali tal-ħaddiema nisa - Inapplikabbiltà))
2014/C 315/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Lyon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maurice Leone, Blandine Leone
Konvenuti: Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 141 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, ħlief sabiex tkun tista’ tiġi ġġustifikata minn fatturi oġġettivi li ma jkunux relatati ma’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, bħalma huwa għan leġittimu ta’ politika soċjali, u sabiex tkun tista’ tiggarantixxi l-għan invokat u neċessarju għal dan l-iskop, li jirrikjedi li din tkun tirrispondi verament għar-rieda li dan tal-aħħar jintlaħaq u li dan jiġi implementat b’mod koerenti u sistematiku f’dik il-perspettiva, sistema ta’ akkreditazzjoni ta’ pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloq diskriminazzjoni indiretta fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn ħaddiema nisa u ħaddiema rġiel kuntrarja għal dan l-artikolu.
2)
L-Artikolu 141 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, ħlief sabiex tkun tista’ tiġi ġġustifikata minn fatturi oġġettivi li ma jkunux relatati ma’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, bħalma huwa għan leġittimu ta’ politika soċjali, u sabiex tkun tista’ tiggarantixxi l-għan invokat u neċessarju għal dan l-iskop, li jirrikjedi li din tkun tirrispondi verament għar-rieda li dan tal-aħħar jintlaħaq u li dan jiġi implementat b’mod koerenti u sistematiku f’dik il-perspettiva, sistema ta’ rtirar antiċipat bl-għoti immedjat tal-pensjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, toħloq diskriminazzjoni indiretta fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn ħaddiema nisa u ħaddiema rġiel kuntrarja għal dan l-artikolu.
3)
L-Artikolu 141(4) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jifformawx parti mill-miżuri msemmija f’din id-dispożizzjoni miżuri nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kulma jagħmlu huwa li jippermettu lill-ħaddiema kkonċernati li jibbenefikaw minn irtirar antiċipat bl-għoti immedjat tal-pensjoni u li jagħtuhom akkreditazzjoni ta’ anzjanità mal-irtirar tagħhom, mingħajr ma jipprovdu rimedju għall-problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom matul il-karriera professjonali tagħhom.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy