2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans
(Kawża C-179/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiem fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Applikabbiltà - Impjieg ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ma’ konsulat ta’ Stat terz stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li dan jirrisjedi fit-territorju tiegħu - Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonijiet Konsulari - Artikolu 71(2) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti faċilitajiet, privileġġi u immunitajiet lir-residenti permanenti”))
(2015/C 073/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Konvenuta: L.F. Evans
Dispożittiv
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-perijodu fejn ċittadin ta’ Stat Membru ġie impjegat f’post konsulari ta’ Stat terz stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, iżda li jirrisjedi fit-territorju tiegħu, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, adottata b’applikazzjoni tal-Artikolu 71(2) tal-Konvenzjoni dwar Relazzjonijiet Konsulari, konkluża fi Vjenna fl-24 ta’ April 1963, iċ-ċittadin imsemmi ma jkunx imsieħeb mas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali.
(1) ĠU C 189, 29.6.2013.
Full & Egal Universal Law Academy