20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Industrial Tribunals (Northern Ireland) – ir-Renju Unit) – Valerie Lyttle et vs Bluebird UK Bidco 2 Limited
(Kawża C-182/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1)(a) - Kunċett ta’ “stabbiliment” - Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ impjegati mkeċċija”))
(2015/C 236/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Industrial Tribunals, (Northern Ireland)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valerie Lyttle, Sarah Louise Halliday, Clara Lyttle, Tanya McGerty
Konvenuta: Bluebird UK Bidco 2 Limited
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “stabbiliment”, li jidher fl-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħall-kunċett li jidher fl-Artikolu 1(1)(a)(i) tal-istess direttiva.
L-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 98/59 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija, matul perijodu ta’ 90 ġurnata, ta’ mill-inqas 20 ħaddiem ta’ stabbiliment partikolari ta’ impriża, u mhux meta n-numru totali tat-tkeċċijiet fl-istabbilimenti kollha jew f’ċerti stabbilimenti ta’ impriża matul l-istess perijodu jilħaq jew jaqbeż il-limitu ta’ 20 ħaddiem.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy