15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Fazenda Pública vs Banco Mais SA
(Kawża C-183/13) (1)
((Tassazzjoni - VAT - Direttiva 77/388/KEE - It-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) - Artikolu 19 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Tranżazzjonijiet ta’ leasing - Oġġetti u servizzi intiżi għal użu mħallat - Regola tad-determinazzjoni tal-ammont tat-tnaqqis tal-VAT li għandu jiġi operat - Sistema derogatorja - Kundizzjonijiet))
2014/C 315/18
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fazenda Pública
Konvenuta: Banco Mais SA
Dispożittiv
It-tielet subparagrafu (ċ) tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jobbliga lil bank, li jeżerċita b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ leasing, li juri, għan-numeratur u għad-denominatur tal-frazzjoni li sservi biex tistabbilixxi proporzjon wieħed biss u l-istess ta’ tnaqqis għall-oġġetti u servizzi kollha tiegħu intiżi għal użu mħallat, l-unika parti tal-ħlasijiet tal-leasing li jħallsu l-klijenti fil-kuntest tal-kuntratti ta’ leasing tagħhom li jikkorrispondu għall-interessi, meta l-użu ta’ dawn l-oġġetti u ta’ dawn is-servizzi huwa qabel xejn iġġenerat mill-finanzjament u l-ġestjoni ta’ dawn il-kuntratti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy