10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-197/13 P) (1)
((Appell - Fond ta’ koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Eżistenza ta’ terminu - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost - Konsegwenzi))
2014/C 395/17
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-540/10, EU:T:2013:47) hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6154 finali, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.009) u “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI 2001.ES.16.C.PT.010), hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha stess, kemm fil-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell preżenti.
(1) ĠU C 178, 22.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy