15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm – Spanja) – Víctor Manuel Julián Hernández et vs Puntal Arquitectura SL et
(Kawża C-198/13) (1)
((Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Dritt għal kumpens ta’ persuna li timpjega fir-rigward ta’ Stat Membru għas-salarji mħallsa lil impjegat matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija ta’ dan tal-aħħar wara li jkunu ddekorrew 60 ġurnata xogħol wara l-preżentata ta’ rikors għal kontestazzjoni - Assenza ta’ dritt għal kumpens fil-każ ta’ tkeċċijiet nulli - Surroga tal-ħaddiem fid-dritt għal kumpens tal-persuna li timpjegah fil-każ ta’ insolvenza provviżorja ta’ din tal-aħħar - Diskriminazzjoni tal-ħaddiema li kienu suġġetti għal tkeċċija nulla - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 20))
2014/C 315/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Víctor Manuel Julián Hernández, Chems Eddine Adel, Jaime Morales Ciudad, Bartolomé Madrid Madrid, Martín Sellé Orozco, Alberto Martí Juan, Said Debbaj
Konvenuti: Puntal Arquitectura SL, Obras Alteramar SL, Altea Diseño y Proyectos SL, Ángel Muñoz Sánchez, Vicente Orozco Miro, Subdelegación del Gobierno de España en Alicante
Dispożittiv
Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema l-persuna li timpjega tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat il-ħlas tas-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni ta’ tkeċċija wara s-60 ġurnata ta’ xogħol li segwiet il-preżentata tar-rikors u skont liema, meta l-persuna li timpjega ma tkunx ħallset dawn is-salarji u ssib ruħha fi stat ta’ insolvenza provviżorja, l-impjegat ikkonċernat jista’, permezz ta’ surroga legali, jitlob direttament minn dan l-Istat il-ħlas tal-imsemmija salarji ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, u ma tistax, għalhekk, tiġi eżaminata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 20 tagħha.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013
Full & Egal Universal Law Academy