10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-211/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-donazzjonijiet u s-suċċessjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tnaqqis ikbarjekk il-mejjet, fil-mument ta’ mewtu, id-donatur jew il-benefiċjarju kienu jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru - Suġġett tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
2014/C 395/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi tadotta u żżomm fis-seħħ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jipprovdu, fl-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ suċċessjoni u ta’ donazzjoni għal dak li jikkonċerna proprjetà immobbli li tinsab fil-Ġermanja, li jingħata biss tnaqqis inqas jekk il-mejjet, fid-data tal-mewtu, jew id-donatur, fid-data li fiha jwettaq id-donazzjoni, u l-benefiċjarju, fid-data tal-fatt li jagħti lok għat-taxxa, kienu jirresjedu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jingħata tnaqqis kunsiderevolment ogħla jekk tal-inqas waħda miż-żewġ partijiet kienet tirresjedi fil-Ġermanja fl-imsemmija data, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 63 TFUE.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 171, 15.06.2013
Full & Egal Universal Law Academy