22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Trento – l-Italja) – Teresa Mascellani vs Ministero della Giustizia
(Kawża C-221/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 97/81/KE - Ftehim-Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part time - Trasformazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt full-time mingħajr kunsens tal-ħaddiem))
(2014/C 462/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teresa Mascellani
Konvenut: Ministero della Giustizia
Dispożittiv
Il-Ftehim-Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim-Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, b’mod partikolari l-Klawżola 5(2) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali, li abbażi tagħha l-persuna li timpjega tista’ tordna l-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy