15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – l-Irlanda) – Ewaen Fred Ogieriakhi vs Minister for Justice and Equality, Irlande, Attorney General, An Post
(Kawża C-244/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16(2) - Dritt ta’ residenza permanenti tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni ċittadini ta’ pajjiż terz - Tmiem tal-ħajja komuni tal-konjuġi - Trasferiment immedjat ma’ msieħba oħra matul il-perijodu ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 10(3) - Kundizzjonijiet - Ksur minn Stat Membru tad-dritt tal-Unjoni - Eżami tan-natura tal-ksur inkwistjoni - Neċessità ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari))
2014/C 315/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ewaen Fred Ogieriakhi
Konvenuti: Minister for Justice and Equality, Irlande, Attorney General, An Post
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li, matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin li jippreċedi d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, irrisjeda fi Stat Membru, inkwantu konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni ħaddiem fl-imsemmi Stat Membru, għandu jitqies li kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti previst f’din id-dispożizzjoni, meta, matul l-imsemmi perijodu, il-miżżewġin iddeċidew li jisseparaw minn xulxin u bdew jgħixu ma’ msieħba oħra, fejn id-dar okkupata mill-imsemmi ċittadin ma ġietx iżjed ipprovduta u lanqas ma tqegħdet għad-dispożizzjoni ta’ dan tal-aħħar mill-konjuġi tiegħu ċittadin tal-Unjoni.
2)
Il-fatt li, fil-kuntest ta’ rikors għal kumpens minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, qorti nazzjonali qieset li kien neċessarju li tressaq domanda preliminari li tikkonċerna d-dritt tal-Unjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandux jitqies li huwa fattur deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat jekk jeżistix ksur manifest ta’ dan id-dritt mill-Istat Membru.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013
Full & Egal Universal Law Academy