24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Orgacom BVBA vs Vlaamse Landmaatschappij
(Kawża C-254/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali - Taxxi interni - Taxxa fuq l-importazzjoni ta’ demel tal-bhejjem importat fil-Vlaamse Gewest - Artikoli 30 TFUE u 110 TFUE - Taxxa dovuta mill-importatur - Taxxi differenti skont jekk id-demel tal-bhejjem huwiex importat jew jekk joriġinax mill-Vlaamse Gewest))
2014/C 421/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Orgacom BVBA
Konvenut: Vlaamse Landmaatschappij
Dispożittiv
L-Artikolu 30 TFUE jipprekludi dazju, bħal dak previst fl-Artikolu 21(5) tad-Digriet tal-Vlaamse Gewest, tat-23 ta’ Jannar 1991, dwar il-protezzjoni tal-ambjent kontra t-tniġġiż ikkawżat mill-fertilizzanti, kif emendat bid-Digriet tat-28 ta’ Marzu 2003, li japplika biss għall-importazzjonijiet fil-Vlaamse Gewest ta’ eċċessi ta’ demel tal-bhejjem u fertilizzanti oħra, li jinġabar mingħand l-importatur, meta t-taxxa fuq l-eċċessi ta’ fertilizzanti prodotti fi ħdan it-territorju Fjamming tinġabar mingħand il-produttur, u li jiġi kkalkolat skont modalitajiet differenti mill-modalitajiet li jirregolaw il-kalkolu ta’ din l-aħħar taxxa. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li l-Istat Membru li mingħandu jkunu ġejjin l-eċċessi ta’ demel li jiġu importati fil-Vlaamse Gewest japplika tnaqqis tat-taxxa fil-każ ta’ esportazzjoni ta’ dawn l-eċċessi lejn Stati Membri oħra.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013
Full & Egal Universal Law Academy