10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Provincie Antwerpen vs Belgacom NV van publiek recht (C-256/13), Mobistar NV (C-264/13)
(Kawża C-256/13 u C-264/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6 - Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta lill-impriżi għal ħlas ta’ taxxa fuq l-istabbilimenti))
2014/C 395/19
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Provincie Antwerpen
Konvenuti: Belgacom NV van publiek recht (C-256/13), Mobistar NV (C-264/13)
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-operaturi li jipprovdu netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jiġu suġġetti, minħabba l-preżenza fuq il-proprjetà pubblika jew privata ta’ arbli, ta’ piluni jew ta’ antenni ta’ radjutelefonija mobbli neċessarji għall-attività tagħhom, għal taxxa ġenerali fuq l-installazzjonijiet.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013
Full & Egal Universal Law Academy