19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Emiliano Torralbo Marcos vs Korota SA, Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-265/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Drittijiet tar-reġistru u tat-tqegħid tal-kawża fil-lista tal-kawżi fil-każ li jiġi ppreżentat appell f’materji ta’ dritt industrijali - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 151/08
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no2 de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Emiliano Torralbo Marcos
Konvenuta: Korota SA Korota SA, Fondo de Garantía Salarial
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ĠU 2000, C 364, p. 1) u tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 283, p. 36) – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta kawża għall-ħlas tal-ispejjeż proċedurali – Setgħat tal-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża – Applikazzjoni fil-qasam tal-politika soċjali – Insolvenza tal-persuni li jimpjegaw
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa (Spanja).
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy