10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Acino AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-269/13 P) (1)
([Appell - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sospensjoni tat-tqegħid fis-suq u rtirar ta’ ċerti lottijiet ta’ prodotti mediċinali li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel - Varjazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Regolament (KE) Nru 726/2004 u Direttiva 2001/83/KE - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni])
2014/C 175/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Acino AG (rappreżentanti: R. Buchner u E. Burk, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u B.-R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013, Acino vs Il-Kummissjoni (T-539/10), sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 2203, C (2010) 2205, C (2010) 2210 u C (2010) 2218, tad-29 ta’ Marzu 2010, kif ukoll tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 6430, C (2010) 6432, C (2010) 6434 u C (2010) 6435, tas-16 ta’ Settembru 2010, dwar is-sospensjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel immanifatturat f’ċertu post, dwar l-irtirar tal-lottijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali mis-suq, dwar il-varjazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq kif ukoll dwar il-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti mediċinali – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Acino AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 215, 27.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy