17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iraklis Haralambidis vs Calogero Casilli
(Kawża C-270/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45(1) u (4) TFUE - Kunċett ta’ ħaddiem - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità))
2014/C 409/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Iraklis Haralambidis
Konvenut: Calogero Casilli
fil-preżenza ta: Autorità Portuale di Brindisi, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Regione Puglia, Provincia di Brindisi, Comune di Brindisi, Camera di Commercio Industria Artigianato ed Agricoltura di Brindisi
Dispożittiv
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 45(4) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lil Stat Membru jirriżerva għaċ-ċittadini tiegħu l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy