12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Rousse Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-271/13 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-forma ta’ kanċellament ta’ debiti - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Obbligu ta’ motivazzjoni))
2014/C 142/09
Lingwa tal-proċedura: il-Bulgaru
Partijiet
Appellanti: Rousse Industry (rappreżentanti: A Angelov u S Panov, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013, Rousse Industry vs Il-Kummissjoni (T-489/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/706/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28903 (C 12/10) (ex N 389/09) mogħtija mill-Bulgarija lil Rousse Industry (ĠU 2012, L 320, p. 27) – Għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kanċellament ta’ debiti – Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Ksur tar-regoli proċedurali li jippreġudika d-drittijiet tal-appellanti – Ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Rousse Industry AD hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy