15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale per la Toscana – l-Italja) – Equoland Soc. coop. arl vs Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno
(Kawża C-272/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti ddestinati li jitqiegħdu taħt arranġamenti ta’ ħażna differenti minn ħażna doganali - Obbligu li l-merkanzija titqiegħed fiżikament fil-maħżen - Nuqqas ta’ konformità - Obbligu li titħallas il-VAT minkejja l-fatt li din tkun tħallset diġà permezz tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge))
2014/C 315/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale per la Toscana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Equoland Soc. coop. arl
Konvenuta: Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 16(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28ċ tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni prevista minn din il-leġiżlazzjoni għall-kundizzjoni li l-merkanzija importata u li hija ddestinata għal maħżen tat-taxxa għall-finijiet ta’ din it-taxxa, tkun tqiegħdet fiżikament fih.
2)
Is-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/18, għandha tiġi interpretata fis-sens li, skont il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li taħtha l-Istat Membru jeżiġi l-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni minkejja li din tkun diġà tħallset fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge, permezz ta’ awtofatturazzjoni u ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bejgħ u tax-xiri tal-persuna taxxabbli.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013
Full & Egal Universal Law Academy