17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-277/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/67/KE - Artikolu 11 - Trasport bl-ajru - Servizz ta’ groundhandling - Għażla tal-fornituri))
2014/C 409/19
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F.W. Bulst, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, T. Falcão u V. Moura Ramos, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiġi organizzata proċedura ta’ għażla tal-fornituri awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-kategoriji “bagolli”, “maniġġar tar-rampa” u “merkanzija u posta” fl-ajruporti ta’ Lisbona, ta’ Porto u ta’ Faro, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-artikolu.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy