17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Sotiris Papasavvas vs O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd et
(Kawża C-291/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/31/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kawża dwar malafama))
2014/C 409/20
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Eparchiako Dikastirio Lefkosias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sotiris Papasavvas
Konvenuti: O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd, Takis Kounnafi, Giorgios Sertis
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jiġbor fi ħdanu servizzi li jipprovdu informazzjoni online li għalihom dak li jipprovdi servizz huwa rremunerat mhux mir-riċevitur, iżda mid-dħul iġġenerat mir-reklamar imxandar fuq is-sit tal-internet.
2)
Id-Direttiva 2000/31 ma tipprekludix, f’kawża bħall-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà ċivili għal malafama.
3)
Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jirrigwardawx il-każ ta’ kumpannija pubblikatriċi tal-istampa li għandha sit tal-internet li fuqu hija ppubblikata l-verżjoni elettronika ta’ gazzetta, fejn din il-kumpannija hija, barra minn hekk, irremunerata mid-dħul iġġenerat mir-riklamar kummerċjali mxandar fuq dan is-sit, peress li hija għandha konjizzjoni tal-informazzjoni ppubblikata u teżerċita kontroll fuqha, kemm jekk l-aċċess għall-imsemmi sit huwa bla ħlas jew bil-ħlas.
4)
Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 jistgħu jiġu applikati fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi li tirrigwarda r-responsabbiltà ċivili għal malafama, meta l-kundizzjonijiet imsemmija f’dawn l-artikoli jkunu sodisfatti.
5)
L-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jippermettux lil dak li jipprovdi servizz għas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprekludi l-introduzzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja għar-responsabbiltà ċivili kontrih u, konsegwentement, l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji minn qorti nazzjonali. Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà previsti f’dawn l-artikoli jistgħu jiġu invokati minn dak li jipprovdi servizz skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiżguraw it-traspożizzjoni tagħhom jew, fl-alternattiv, għall-finijiet ta’ interpretazzjoni skont dan. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2000/31 ma tistax, minnha nfisha, toħloq obbligi fil-konfront ta’ individwu u ma tistax għaldaqstant tiġi invokata bħala tali kontrih.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy