8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Isabelle Gielen vs Ministerraad
(Kawża C-299/13) (1)
((Tassazzjoni - Direttiva 2008/7/KE - Artikoli 5(2) u 6 - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa fuq il-konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominattivi jew f’titoli żmaterjalizzati))
(2014/C 439/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabelle Gielen
Konvenuta: Ministerraad
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa fuq il-konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominattivi jew f’titoli żmaterjalizzati, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Tali taxxa ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013
Full & Egal Universal Law Academy