19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Ayuntamiento de Benferri vs Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
(Kawża C-300/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli - Tkabbir ta’ substazzjon tal-elettriku - Nuqqas ta’ ssuġġettar tal-proġett għall-evalwazzjoni ambjentali))
2014/C 151/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ayuntamiento de Benferri
Konvenuti: Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Interpretazzjoni tal-punt 20 tal-Anness I u tal-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) – Bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u b’tul ta’ iktar minn 15-il kilometru – Kunċett – Proġett intiż għat-tkabbir ta’ substazzjon tal-elettriku indipendentement mill-kejbil fil-għoli eżistenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix l-issuġġettar ta’ dan il-proġett għall-evalwazzjoni ambjentali
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-punt 20 tal-Anness 1, u tal-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandhom jiġu interpretati fis-sens li proġett bħal dak inwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirrigwarda biss l-estensjoni ta’ substazzjon ta’ trasformazzjoni tal-voltaġġ elettriku, ma jinsabx, bħala tali, fost il-proġetti li jikkonċernaw dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm din l-estensjoni ma taqax fil-kuntest tal-bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy