8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – il-Litwanja) – AS flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ vs VAS Starptautiskā lidosta Riga, AS Air Baltic Corporation
(Kawża C-302/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 31 - Talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji ċivili u kummerċjali - Kunċett - Talba ta’ kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea - Tnaqqis fuq it-tariffi tal-ajruport - Artikolu 22(2) - Ġurisdizzjoni esklużiva - Kunċett - Tilwima fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi - Deċiżjoni li jiġi konċess it-tnaqqis - Artikolu 34(1) - Motivi għar-rifjut ta’ rikonoxximent - Ordni pubbliku tal-Istat fejn issir it-talba))
(2014/C 439/09)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ
Konvenuti: VAS Starptautiskā lidosta Riga, AS Air Baltic Corporation
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u tidħol, konsegwentement, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
2)
L-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma tikkostitwixxix proċedura li għandha bħala suġġett il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ korpi ta’ kumpanniji fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
3)
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li la l-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-somom li għalihom jirreferu l-miżuri provviżorji u kawtelatorji ddikjarati b’sentenza li qed jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħha, meta tkun tista’ tiġi segwita l-linja ta’ raġunament li wasslet għad-determinazzjoni tal-ammont tal-imsemmija somom, u anki meta rimedji ġudizzjarji kienu disponibbli u ġew eżerċitati sabiex jiġu kkontestati tali modalitajiet ta’ kalkolu, u lanqas is-sempliċi invokazzjoni ta’ konsegwenzi ekonomiċi serji ma jikkostitwixxu motivi li jistabbilixxu ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn issir it-talba li jippermettu li jiġu rrifjutati r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ tali sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 226, 3.8.2013
Full & Egal Universal Law Academy