23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jørgen Andersen, Ir-Renju tad-Danimarka, Danske Statsbaner SV (DSB)
(Kawża C-303/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi lill-impriża pubblika Danske Statsbaner (DSB) - Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ferrovjarji bejn Kopenħagen (id-Danimarka) u Ystad (l-Isvezja) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni rationae temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv))
(2015/C 389/02)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Jørgen Andersen (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, G. van de Walle de Ghelcke u M. Nissen, avukati), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), Danske Statsbaner SV (DSB) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)
Parti intervenjenti in sostenn ta’ Jørgen Andersen: Dansk Tog (rappreżentanti: G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés u M. Nissen, avukati)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Andersen vs Il-Kummissjoni (T-92/11, EU:T:2013:143) hija annullata sa fejn, permezz tagħha, fir-rigward tal-għajnuna mħallsa mit-3 ta’ Diċembru 2009 taħt it-tieni kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konkluż għas-snin 2005 sa 2014, il-Qorti Ġenerali annullat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/3/UE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż ta’ trasport u Danske Statsbaner [Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)].
2)
Il-kumplament tal-appell prinċipali huwa miċħud.
3)
L-appelli inċidentali huma miċħuda.
4)
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-tliet motivi tar-rikors, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bir-rotta, u li jabroga ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill, dwar il-legalità tad-Deċiżjoni 2011/3/UE, sa fejn tiddikjara li l-għajnuna mħallsa mit-3 ta’ Diċembru 2009 taħt it-tieni kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konkluż għas-snin 2005 sa 2014 kienet kompatibbli mas-suq intern.
5)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy