15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingborgs tingsrätt – L-Isvezja) – proċedura kriminali kontra Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson, Håkan Rosengren
(Kawża C-307/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Direttiva 98/34/KE - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) - Proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi - Kunċett ta’ “regolament tekniku” - Tiġieġ imrobbija għall-produzzjoni tal-bajd - Tqassir tal-iskeda għall-implementazzjoni oriġinarjament prevista għad-dħul fis-seħħ tar-regolament tekniku - Obbligu ta’ komunikazzjoni - Kundizzjonijiet - Verżjonijiet lingwistiċi diverġenti])
2014/C 315/24
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Helsingborgs tingsrätt
Partijiet fil-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali
Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson, Håkan Rosengren
Dispożittiv
1)
Id-data li fl-aħħar mill-aħħar l-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu għad-dħul fis-seħħ ta’ miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżiġi li t-tiġieġ imrobbija għall-produzzjoni tal-bajd jinżammu b’modi ta’ trobbija li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom f’termini ta’ bejtiet, ta’ passiġġieri u ta’ banjijiet bit-trab u li jkunu intiżi li jżommu f’livell baxx il-mortalità tagħhom u l-problemi marbuta mal-aġir tagħhom, hija suġġetta għall-obbligu ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, meta jkun hemm fil-fatt bidla fl-iskeda għall-implementazzjoni tal-imsemmija miżura nazzjonali u meta din il-bidla tkun ta’ natura sinjifikattiva, kundizzjonijiet dawn li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.
2)
Fil-każ li t-tqassir tal-iskeda għall-implementazzjoni ta’ regolament tekniku nazzjonali jkun suġġett għall-obbligu ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48, il-fatt li ma tkunx saret tali notifika jimplika l-inapplikabbiltà tal-imsemmija miżura nazzjonali, b’tali mod li din ma tkunx tista’ tiġi invokata fil-konfront tal-individwi.
(1) ĠU C 215, 27.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy