25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Užsienio reikalų ministerija, Finansinių nusikaltimų tyrimo tarnyba vs Vladimir Peftiev, BelTechExport ZAO, Sport-pari ZAO, BT Telecommunications PUE
(Kawża C-314/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Derogi - Ħlas ta’ onorarji professjonali marbuta ma’ servizzi legali - Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità nazzjonali kompetenti - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Effett tal-oriġini illegali tal-fondi - Assenza))
2014/C 282/18
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Užsienio reikalų ministerija, Finansinių nusikaltimų tyrimo tarnyba
Konvenuti: Vladimir Peftiev, BelTechExport ZAO, Sport-pari ZAO, BT Telecommunications PUE
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, tat 18 ta’ Mejju 2006, dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011 u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tiddeċiedi fuq talba għal deroga mressqa skont din id-dispożizzjoni bil-għan li jitressaq rikors intiż sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex setgħa diskrezzjonali assoluta, iżda għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha b’mod li tirrispetta d-drittijiet previsti fit-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-natura indispensabbli tar-rappreżentanza minn avukat sabiex jiġi ppreżentat tali rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha d-dritt tivverifika li l-fondi li jintalab ir-rilaxx tagħhom huma maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż marbuta mal-provvista ta’ servizzi legali. Hija tista’ wkoll tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa sabiex tiggarantixxi, b’mod partikolari, li l-għan tas-sanzjoni deċiża ma jiġix injorat u li d-deroga mogħtija ma tintużax ħażin.
2)
L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 765/2006, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 84/2011 u bir-Regolament Nru 588/2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi huwa bbażat fuq l-imsemmi regolament, deroga mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi bil-għan li jiġu rremunerati servizzi legali għandha tiġi evalwata skont din id-dispożizzjoni, li ma tagħmel ebda allużjoni għall-oriġini tal-fondi jew għall-eventwali akkwist illegali tagħhom.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy