15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-317/13 u C-679/13) (1)
((Rikors għal annullament - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Issuġġettar ta’ sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll - Determinazzjoni tal-bażi legali - Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Bażi legali sekondarja - Konsultazzjoni tal-Parlament))
(2015/C 198/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u A. F. Jensen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/496/UE, tas-7 ta’ Ottubru 2013, dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll, huma annullati.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/129 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 huma miżmuma sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013.
ĠU C 52, 22.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy