26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Oberlandesgericht – il-Ġermanja) – Udo Rätzke vs S+K Handels GmbH
(Kawża C-319/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar, tal-konsum tal-enerġija tat-televixins - Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010 - Responsabbiltajiet tan-negozjanti - Televixin ipprovdut mingħajr tikketta, qabel il-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament - Obbligu għan-negozjant li jittikkettja, mill-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament, tali televixin u li jikseb tikketta sussegwentement))
2014/C 159/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Thüringer Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Udo Rätzke
Konvenuta: S+K Handels GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Thüringer Oberlandesgericht – Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010, tat-28 ta’ Settembru 2010, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkett[j]ar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, p. 64) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Obbligu tan-negozjant li jiżgura li, fil-punt tal-bejgħ, kull televixin juri tikketta pprovduta mill-fornituri, li tindika l-klassi ta’ effiċjenza enerġetika – Televixins ipprovduti lin-negozjant, mingħajr tikketta, qabel il-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament
Dispożittiv
L-Artikolu 4(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010, tat-28 ta’ Settembru 2010, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkett[j]ar enerġetiku għat-televixins, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu għan-negozjanti li jiżguraw li kull televixin, fil-punt tal-bejgħ, juru t-tikketta pprovduta mill-fornituri, skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, japplika biss għat-televixins li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri trażmessi għall-ewwel darba mill-produttur għad-distribuzzjoni tagħhom fil-katina ta’ bejgħ, b’effett mit-30 ta’ Novembru 2011.
(1) ĠU C 269, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy