19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Bozen – l-Italja) – Ulrike Elfriede Grauel Rüffer vs Katerina Pokorná
(Kawża C-322/13) (1)
((Ċittadinanza tal-Unjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Sistema lingwistika applikabbli għall-proċeduri ċivili))
2014/C 151/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Bozen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ulrike Elfriede Grauel Rüffer
Konvenuta: Katerina Pokorná
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen – Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE – Nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni – Sistema lingwistika applikabbli għall-proċeduri ċivili – Deroga favur iċ-ċittadini nazzjonali – Estensjoni ta’ din id-deroga lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti d-dritt li, fil-kawżi ċivili li jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru li għandhom is-sede tagħhom f’entità territorjali partikolari ta’ dan l-Istat, tintuża lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali tal-imsemmi Stat biss liċ-ċittadini ta’ dan tal-aħħar li jkunu ddomiċiljati f’din l-istess entità territorjali.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy