22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-323/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttivi 1999/31/KE u 2008/98/KE - Pjan għall-immaniġġar - Netwerk xieraq u integrat ta’ impjanti għar-rimi - Obbligu li jiġi implementat it-trattament tal-iskart li jiżgura l-aħjar riżultat għas-saħħa tal-bniedem u għall-protezzjoni tal-ambjent))
(2014/C 462/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, E. Sanfrutos Cano u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn G. Fiengo, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Taljana,
—
billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji biex tevita li parti mill-iskart muniċipali li tqiegħed fil-miżbliet tas-SubATO ta’ Ruma, bl-esklużjoni ta’ dik ta’ Cecchina, u f’dawk tas-SubATO ta’ Latina, ma tiġix suġġetta għal trattament li jinkludi differenzjar xieraq tad-diversi frazzjonijiet ta’ skart u l-istabbilizzazzjoni tal-frazzjoni organika tagħhom, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 1(1) u (6)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma, kif ukoll tal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi,
—
u billi ma stabbilixxietx, fir-reġjun tal-Lazio, netwerk integrat u xieraq ta’ impjanti għall-immaniġġar tal-iskart, b’kunsiderazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/98.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy