17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen
(Kawża C-328/13) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozju jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozju - Obbligu għaċ-ċessjonarju li jżomm il-kundizzjonijiet ta’ xogħol miftiehma minn ftehim kollettiv sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim kollettiv ieħor - Kunċett ta’ ‘ftehim kollettiv’ - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv rexiss ikompli jipproduċi effetti sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ieħor”))
2014/C 409/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Österreichischer Gewerkschaftsbund
Konvenuti: Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “kundizzjonijiet [ta’ xogħol] miftiehma [fi] ftehim kollettiv”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv, li jkomplu, abbażi tad-dritt ta’ Stat Membru, minkejja r-rexissjoni tal-imsemmi ftehim, iħallu l-effetti tagħhom fuq ir-relazzjonijiet ta’ xogħol li jirriżultaw minnu direttament qabel ma ntemm, sakemm l-imsemmija relazzjonijiet ta’ xogħol ma jiġux suġġetti għal ftehim kollettiv ġdid jew sakemm ma jiġix konkluż ftehim individwali mal-ħaddiema kkonċernati.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013
Full & Egal Universal Law Academy