25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – il-Bulgarija) – Lukoyl Neftohim Burgas AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt “Pristanishte Burgas Tsentar”“ pri Mitnitsa Burgas
(Kawża C-330/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Merkanzija deskritta bħala “żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku” - Intestaturi 2707 u 2710 - Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi - Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata))
2014/C 282/19
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Аdministrativen sad – Burgas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lukoyl Neftohim Burgas AD
Konvenuta: Nachalnik na Mitnicheski punkt “Pristanishte Burgas Tsentar” pri Mitnitsa Burgas
Dispożittiv
1)
Il-kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex prodott bil-karatteristiċi bħal dawk tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tat-23 Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011, tat-27 Settembru 2011, huwa l-kontenut bħala piż tal-kostitwenti aromatiċi b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi.
2)
It-termini “kostitwenti aromatiċi” li jinsabu fil-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, għandhom jiġu interpretati bħala li huma usa’ mit-termini “idrokarbonji aromatiċi”.
3)
Bħala regola ġenerali, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jistabbilixxu liema huwa l-metodu l-iktar xieraq sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodott partikolari sabiex dan jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011.
4)
Il-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 ta’ din in-nomenklatura magħquda għandu jiġi interpretat bħala li ma huwiex eżawrjenti b’mod li prodott li jaqa’ taħt l-intestatura 2707 tal-imsemmija nomenklatura magħquda, iżda li ma jistax jiġi kklassifikat taħt subintestatura speċifika għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 2707 99 99 ta’ din l-istess nomenklatura maqgħuda.
(1) ĠU C 245, 24.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy