15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Marjan Noorzia vs Bundesministerin für Inneres
(Kawża C-338/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 4(5) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob li l-isponsor u l-konjuġi jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni - Interpretazzjoni konformi))
2014/C 315/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marjan Noorzia
Konvenuta: Bundesministerin für Inneres
Dispożittiv
L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu li huma membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013
Full & Egal Universal Law Academy