4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-339/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/74/KE - Artikoli 3 u 5(2) - Projbizzjoni tat-trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi li ma humiex mgħammra - Trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi mhux konformi għall-eżiġenzi li jirriżultaw minn din id-direttiva))
2014/C 253/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, F. Urbani Neri, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 225)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx li, mill-1 ta’ Jannar 2012, it-tiġieġ li jbid ma jitrabbiex iktar f’gaġġi li ma humiex mgħammra, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy