25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Karen Millen Fashions Ltd vs Dunnes Stores, Dunnes Stores (Limerick) Ltd
(Kawża C-345/13) (1)
((Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinn Komunitarju - Artikolu 6 - Karattru individwali - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 85(2) - Disinn Komunitarju mhux irreġistrat - Validità - Kundizzjonijiet - Oneru tal-prova))
2014/C 282/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Karen Millen Fashions Ltd
Konvenuti: Dunnes Stores, Dunnes Stores (Limerick) Ltd
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex disinn ikun jista’ jitqies li għandu karattru individwali, l-impressjoni ġenerali li dan id-disinn jipproduċi fuq l-utent avżat għandha tkun differenti minn dik li tiġi prodotta fuq dan l-utent mhux b’kombinazzjoni ta’ elementi iżolati, ibbażati fuq numru ta’ disinni, imma minn wieħed jew diversi disinni preċedenti, meħuda individwalment.
2)
L-Artikolu 85(2) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex qorti tad-disinni Komunitarji tqis li disinn Komunitarju mhux irreġistrat huwa validu, id-detentur ta’ dan id-disinn ma huwiex marbut li jipprova li huwa għandu karattru individwali fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, imma għandu biss jindika x’jikkostitwixxi dan il-karattru fl-imsemmi disinn, jiġifieri jidentifika l-element jew l-elementi tad-disinn inkwistjoni li, skont dan id-detentur, jagħtuh dan il-karattru.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy