10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-351/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/74/KE - Artikoli 3 u 5(2) - Trobbija tat-tiġieġ li jbid - Gaġeġ mhux żviluppati - Projbizzjoni - Trobbija tat-tiġieġ li jbid f’gaġeġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva))
2014/C 395/22
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I.-K. Chalkias u E. Leftheriotou, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tiżgura li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, it-tiġieġ li jbid ma jitrabbiex iktar f’gaġeġ mhux żviluppati, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy