22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie – il-Polonja) – Drukarnia Multipress sp. z o.o. vs Minister Finansów
(Kawża C-357/13) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2008/7/KE - Artikolu 2(1)(b) u (ċ) - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Issuġġettar għad-dazju fuq il-kapital - Kontribuzzjonijiet ta’ kapital favur soċjetà in akkomandita b’azzjonijiet - Klassifikazzjoni ta’ tali kumpannija bħala kumpannija b’kapital azzjonarju”))
(2015/C 205/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Drukarnia Multipress sp. z o.o.
Konvenut: Minister Finansów
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li soċjetà in akkomandita rregolata mid-dritt Pollakk għandha titqies li hija kumpannija b’kapital azzjonarju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki meta parti biss mill-kapital tagħha u mis-soċji tagħha tkun tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy