27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjżi l-Baxxi) – B. Martens vs Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap
(Kawża C-359/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Ċittadin ta’ Stat Membru - Residenza fi Stat Membru ieħor - Studji f’pajjiż jew territorju extra-Ewropew - Żamma tal-għoti tal-finanzjament għal edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni ta’ residenza ta’ “tliet snin minn sitta” - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
(2015/C 138/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B. Martens
Konvenut: Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap
Dispożittiv
L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma fis-seħħ tal-għoti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni ogħla mwettqa barra minn dan l-Istat għall-kundizzjoni li l-istudent li jitlob li jibbenefika minn dan it-tip ta’ finanzjament ikun irrisjeda fl-imsemmi Stat matul perijodu ta’ mill-inqas tliet snin mis-sitt snin li jippreċedu l-iskrizzjoni tiegħu għall-imsemmija studji.
(1) ĠU C 274, 21.9.2013
Full & Egal Universal Law Academy